Sabiħa l-Ħajja huwa programm soċjo-reliġjuż ta’ CPi Media, li se jkun ippreżentat minn Joe id-Dulli u Veronica Farrugia. Dan il-programm, li se jibda nhar is-Sibt 2 t’Ottubru, se jkun qed jiffoka fuq kwistjonijiet ta’ kuljum u mistoqsijiet li għandhom isiru lill-mistieden speċjali.


Hija diskussjoni bbażata fuq studjow b’kollegamenti live fuq Skype ma’ diversi nies li jew jitkellmu fuq l-esperjenza tagħhom stess, jew jagħmlu referenza għas-suġġett li qed jiġi diskuss. Is-suġġetti jvarjaw minn kwistjonijiet spiritwali, morali u soċjali.


Bi produzzjoni eżekkuttiva ta’ CPi Media, u direzzjoni ta’ Fr. Louis Mallia MSSP, Sabiħa l-Ħajja se jibda jixxandar kull nhar ta’ Sibt fl-16:30 fuq ONE.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks