Select Page

Programm li minkejja li ilu ftit ġranet biss li ġie żvelat, diġà qed iqajjem interess fost it-telespettaturi huwa Mustaċċuni.

Mustaċċuni se jkun ippreżentat minn żewġ personalitajiet popolari u favoriti magħkom is-segwaċi, Ronald Briffa u Ray Calleja, u se jibda jixxandar mill-1 t’Ottubru, kull nhar ta’ Ġimgħa fid-9pm fuq TVM.

Minn dak li skoprejna s’issa jidher li l-Ġimgħa filgħaxija se tibda tkun serata li mhux ta’ min jitlef! Programm li se jkun mimli logħob ġdid, skripts satiriċi u varjetà spettakolari bi grupp mużikali residenti ġdid li fih uħud mill-aqwa mużiċisti ta’ Malta.

Iva! Se jkun hemm ukoll mistednin li ċertament intom se tieħdu gost bihom!

U la darba, Ron u Ray se jkunu l-preżentaturi ta’ dan il-programm, id-daħk żgur li mhuwiex se jonqos!

Serata ta’ divertiment minn żewġ Mustaċċuni, dalwaqt!

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks