Select Page

Ftit xhur wara li Emma nediet l-ewwel kanzunetta oriġinali tagħha I Miss You, li kienet il-kanzunetta oriġinali li kantat waqt l-audition tagħha fuq Malta’s Got Talent, fejn ingħatat ukoll il-Golden Buzzer. Għat-tieni kanzunetta tagħha, Emma ddeċidiet li għal darb’oħra taħdem mar-rinomat Peter Borg f’Railway Studio u Steven Levi Vella f’LEVIPLUS.

Mad at Myself hija kanzunetta oriġinali oħra li Emma, li issa għandha 15-il sena, kitbet hi stess. Kull persuna tista’ tirrelata mal-lirika fejn tidħol ħbiberija, imħabba u relazzjonijiet.

Din il-kanzunetta ġdida turi wkoll naħa oħra tal-kantawtriċi li bidlet kemxejn l-istil tagħha filwaqt li xorta żammet mal-għeruq tal-istil tagħha u naturalment, il-pjanu.

Emma qalet li b’din il-kanzunetta ppruvat tesperimenta ftit iktar bi stil differenti minn ta’ qabel. Hija rringrazzjat ukoll lil kull min ilu jappoġġjaha matul il-vjaġġ mużikali tagħha s’issa.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks