Mill-1 ta’ Novembru, waħda mill-apps tal-messaġġi l-aktar użati fid-dinja, WhatsApp, se tieqaf taħdem fuq 40 mudell ta’ smartphones.
Skont il-paġna tal-WhatsApp, din l-app mhix se tibqa’ disponibbli fuq mobajls li jkunu mudelli b’softwer antik aktar minn Android OS 4.1, iOS tal-Apple u KaiOS 2.5.1.
Dan se jaffettwa madwar 40 mudell ta’ smartphone li ma jistgħux jissapportjaw dawn is-sistemi operattivi aktar ġodda.
WhatsApp qal li dan se jgħin l-app taħdem b’mod aktar sigur.
Dan ma jfissirx li l-WhatsApp se jieqaf jaħdem immedjatament fl-1 ta’ Novembru, madanakollu, l-ismartphones affettwati ma jibqgħux ikollhom ċerti funzjonijiet u aġġornamenti tas-sigurtà, li jfisser li l-app gradwalment ma tibqax tiffunzjona fuq dawn il-mudelli.
Dawn huma l-ismartphones li se jiġu affettwati:
Apple – iPhone SE (l-ewwel ġenerazzjoni), 6s u 6s Plus, sakemm mhumiex aġġornati għal iOS 10.
Samsung – Galaxy Trend II, Galaxy SII, Samsung Galaxy Trend Lite, Galaxy S3 mini, Galaxy Ace 2, Galaxy Xcover 2, u Galaxy Core.
LG – LG Lucid 2, Optimus F7, Optimus F5, Optimus L3 II Dual, Optimus F5, Optimus L5, Optimus L5 II, Optimus L5 Dual, Optimus L3 II, Optimus L7, Optimus L7 II Dual, Optimus L7 II, Optimus F6, Enact , Optimus L4 II Dual, Optimus F3, Optimus L4 II, Optimus L2 II, Optimus Nitro HD u 4X HD, u Optimus F3Q.
Huawei – Huawei Ascend G740, Ascend D1 Quad XL, Ascend P1 S, Ascend Mate, Ascend D Quad XL, u Ascend D2.
Sony – Sony Xperia Neo L, Sony Xperia Miro, u Xperia Arc S.
ZTE – ZTE Grand S Flex, ZTE V956, Grand Memo u Grand X Quad V987.
Mudelli oħrajn – Lenovo A820, HTC Desire 500, Alcatel One Touch Evo 7, Archos 53 Platinum, Faea F1, Caterpillar Cat B15, Wiko Cink Five, Wiko Darknight, UMi X2, u THL W8.
