Select Page

Aktar kmieni llum, il-grupp mużikali The Travellers nieda kanzunetta oћra, li l-isem tagћha huwa wkoll it-titlu tal-album il-ġdid tagћhom, Inżul u Tlajja’.

L-album innifsu huwa riflessjoni profonda fuq diversi esperjenzi li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. Ħafna mill-ispirazzjonijiet tad-diski li jinsabu ġo dan l-album huma bbażati fuq l-esperjenzi tal-kompożitur u l-interpretazzjoni tiegħu ta’ dawn iċ-ċirkostanzi, kif ukoll fuq kwistjonijiet soċjali li qiegħdin jaffettwaw il-ġenerazzjoni żagħżugħa.

Is-single li għandha l-istess isem tal-album, tittratta fuq mumenti sbieħ fil-ħajja, kif ukoll mumenti koroh, u fl-istess ħin twassal storja.

Kunċert mużikali lajv u tnedija tal-album il-ġdid se jiġu mħabbra dalwaqt!

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks