Select Page

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li minn għada, il-każini, il-ħwienet tax-xorb u r-ristoranti li minn jeddhom se jagħżlu li jaċċettaw biss persuni mlaqqma, jistgħu japplikaw biex minn tmiem il-ġimgħa d-dieħla jkunu jistgħu jnaqqsu d-distanza bejn l-imwejjed għal metru fuq barra u għal metru u nofs fuq ġewwa.

Se jingħataw permess ukoll li n-numru ta’ persuni madwar kull mejda se jkun jista’ jitla’ għal massimu ta’ tmien persuni, kif ukoll li jibqgħu miftuħin sat-3 ta’ filgħodu.

Dawn l-istabbilimenti se jkunu wkoll jistgħu joffru s-servizz tagħhom minn bar billi jkun hemm perspex bejn il-barmen u l-klijenti.

Dr Chris Fearne qal ukoll li jekk dan it-tnaqqis fil-miżuri ma jkollux effetti ħżiena fuq is-sistema tas-saħħa, l-istess ikun jista’ jsir waqt it-tiġijiet.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks