Ritratt li bħalissa qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali huwa dak li juri raġel mixħut mal-art fuq bankina.

Ir-raġel li għandu 32 sena, mill-Ghana, allegatament tħalla fuq bankina muġugħ u bi ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari f’sit ta’ kostruzzjoni, fil-Mellieħa.

Fuq il-midja soċjali saret allegazzjoni li l-imgħallem ta’ dan ir-raġel qallu li se jieħdu l-isptar u minflok tefgħu u ħallih fit-triq madwar żewġ kilometri ‘l bogħod mis-sit tal-kostruzzjoni għaliex aktarx dan ir-raġel kien qed jaħdem bla permess u l-imgħallem tiegħu ma riedx jidħol fl-inkwiet.

F’filmat li ġie ppubblikat fuq il-midja soċjali, ir-raġel jinstema’ jokrob bl-uġigħ u jgħid li ma jridx imur jew imur il-ħabs.

Sadanittant, il-pulizija qed tinvestiga x’ġara eżatt.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks