Ilum, l-istilla tal-palk u tal-iskrin Julie Andrews tagħlaq 86 sena. Hija twieldet fl-1 t’Ottubru tal-1935.
Andrews għamlet id-debutt tagħha fuq Broadway fl-1954, bil-karattru ta’ Polly fil-produzzjoni oriġinali ta’ The Boy Friend. Minn dakinhar, hija reġgħet lura għall-palk f’My Fair Lady, Camelot, Victor/Victoria, Doctor Dolittle u Putting It Together.
Minbarra x-xogħol tagħha fuq il-palk, Andrews hija l-iktar magħrufa għall-interpretazzjoni tagħha bħala Maria Von Trapp f’The Sound of Music, li għalih kisbet nominazzjoni għall-Academy Award. Magħrufa wkoll għall-interpretazzjoni tagħha f’Mary Poppins, li għalih rebħet l-Academy Award għall-aħjar attriċi, fost oħrajn.
Ikkumenta
