Il-preżentaturi ta’ Net TV, Dulcima Aquilina u Marco A. Calleja, il-kantanti Janvil, Ludwig Galea, Vince Fabri u l-impersonato ta’ Elvis Presley, Josuel Grecht flimkien mal-balancing artist Alfred Mifsud se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fl-ewwel programm ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li tirritorna għas-seba’ staġun fuq Net TV mil-lejla fit-20.30.

Bi preżentazzjoni ta’ Corazon Mizzi u Victorio Gauci, The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Minn dan l-istaġun The Entertainers se jiċċelebra memorji minn deċenji li għaddew u li llum huma biss tifkiriet. Hekk matul kull programm, il-mistiedna flimkien mal-band residenti se jeħduna fuq vjaġġ lejn 2 deċenji partikolari kull darba.

Minbarra l-mużika, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikompli l-logħob bejn il-mistiedna li żgur għandhom iqanqlu tbissima fuq fomm it-telespettaturi.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili minn Josette Sciberras.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks