Wara waqfa ta’ sena, X Factor Malta jerġa’ jirritorna fuq l-iskrins tat-TV illejla fid-20:50 fuq TVM!
Bi preżentazzjoni ta’ Ben Camille, u l-ġurija Howard Keith Debono, Philippa Naudi, Ira Losco u Ivan Grech, għal darb’oħra X Factor Malta se jeħodna fuq vjaġġ fejn se niskopru talent mużikali ġdid.

Matul il-ġimgħat li għaddew, bosta uċuħ familjari fix-xena mużikali żvelaw li se jkunu qed jikkompetu wkoll f’dan l-istaġun.
Minn dak li ntqal fuq il-midja soċjali, f’dan l-istaġun se jkun hemm ħafna affarijiet ġodda!
Ikkumenta
