Għandek bżonn (għal 6 porzjonijiet):
Żewġ imgħaref żejt taż-żebbuġa, u ftit żejjed biex isservi
Żewġ kurrat sħaħ imqatta’ roti
Pastarda kbira, ta’ madwar 1kg, imqatta’ fi fjorituri
Kwart ta’ kuċċarina chili flakes, żid skont il-gosti tiegħek
Litru ilma
Żewġ kuċċarini melħ.
200g ġobon Parmesan maħkuk, flimkien ma’ ftit żejjed biex isservi
Madwar żewġ imgħaref tursin frisk imqatta’
Metodu:
- Ferra ż-żejt ġo borma kbira.
- Poġġi fuq nar medju u żid il-kurrat.
- Għatti l-borma, baxxi n-nar u sajjar għal madwar 5 minuti, jew sakemm il-kurrat isir kemxejn tari mingħajr ma jieħu kulur.
- Żid il-pastard fil-borma, flimkien maċ-chili flakes, l-ilma u l-melħ.
- Ħalliha sakemm tibda ttektek, imbagħad għatti parzjalment u ħalliha ssir fuq nar baxx sakemm il-pastard ikun irtab sew, madwar 30 minuta.
- Neħħi minn fuq in-nar u ħalliha tibred għal madwar 10 minuti..
- Żid il-ġobon u poġġi s-soppa ġo blender jew uża blender l-idejn. Ibqa’ bblendja sakemm is-soppa ssir lixxa ħafna, qisa krema.
- Qassam fil-platti u roxx il-wiċċ bi ftit tursin u ġobon.
- Qabel isservi eżatt roxx ftit żejt taż-żebbuġa fuq kull porzjon.
L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net
Ikkumenta

Kontributriċi