Xi drabi jkun hemm nies li jistgħu jħossuhom xi ftit skomdi meta jkellmu għall-ewwel darba lil xi ħadd li jgħix bil-kundizzjoni tal-paraliżi ċerebrali għax jistgħu ma jkunux jafu x’għandhom jistaqsu u kif jistaqsu. Għaldaqstant għar-raġuni li wieħed jista’ jsibha difficli biex jagħmel konnessjoni mal-persuna, jagħżel li jżomm lura minflok, iżda dan ovvjament m’għandux ikun!

Jekk int ukoll tħoss eżatt kif imsemmi aktar ‘il fuq jew simili, dawn huma xi suġġerimenti li jistgħu jgħinuk tegħleb l-eżitazzjonijiet tiegħek meta tiltaqa’ għall-ewwel darba ma’ xi ħadd li jgħix bil-paraliżi ċerebrali.

Offri idejk bħala sinjal ta’ tislima.

Il-paraliżi ċerebrali taffettwa l-muskoli u l-abilità tal-persuna biex tikkontrollahom, li jfisser li xi drabi persuni li jgħixu bil-paraliżi ċerebrali ikollhom inqas kontroll tal-movimenti minnek. Dan jista’ jġiegħlek taħsibha biex tieħu b’idejn il-persuna, iżda toqgħodx taħsibha jew iżżomm lura milli tagħmel dan. Offri idejk u agħti ċans lill-persuna li teħodlok b’idejk jekk tkun trid.

Kellem lill-persuna direttament.

Ħafna drabi, u din ma tiġrix biss lil dawk li jgħixu bil-paraliżi ċerebrali biss, ċerti nies ma jħossuhomx komdi jew jagħżlu li ma jistaqsux mistoqsijiet li jista’ jkollhom, lill-persuna direttament, hemm it-tendenza li jistaqsu lil min ikun hemm mal-persuna minflok. Importanti li tkellem u tistaqsi lill-persuna direttament, u stenna r-reazzjoni tagħha.

Kellem lill-persuna bħal ma tkellem kwalunkwe adult ieħor.

Adulti li jgħixu bil-paraliżi ċerebrali huma adulti, mhux tfal, li jfisser li għandek titkellem mal-persuna bl-istess mod u ton kif titkellem ma’ adulti oħrajn. Staqsi l-istess mistoqsijiet li tistaqsi lil ħaddieħor u uri l-istess rispett.

Evita li sserraħ jew tintelaq iżżejjed mas-siġġu tar-roti tal-persuna.

Kif tħossok jekk f’daqqa waħda xi ħadd jibda jintelaq fuqek jew iserraħ iżżejjed miegħek, partikolarment xi ħadd li għadek kemm tiltaqa’ miegħu? Ittratta s-siġġu tar-roti jew apparat ieħor ta’ assistenza bl-istess mod. Għall-persuna, is-siġġu tar-roti huwa estensjoni tagħha u m’għandux jintuża biex tistrieħ miegħu. L-unika darba li għandek tmiss mas-siġġu tar-roti hija jekk u meta tistaqsik il-persuna.

Isma’ b’attenzjoni, speċjalment jekk il-persuna jkollha diffikultà biex titkellem.

Xi persuni li jgħixu bil-paraliżi ċerebrali jista’ jkollhom diffikultajiet iktar diffiċli minn oħrajn meta jiġu għall-komunikazzjoni, allura jista’ jkun ftit iktar diffiċli biex tifhem dak li qed jgħidu. L-aħjar ħaġa li għandek tagħmel jekk ma tifhimx hi li titlob lill-persuna tirrepeti dak li qalet, mhux tipprova taqta’ x’qalet jew tagħmel tabirruħek li fhimt. Agħti ċ-ċans lill-persuna titkellem u tirrepeti li tkun qalet.

Jekk għandek bżonn tkellem lill-persuna dwar il-kundizzjoni tagħha, irreferi għaliha bħala “persuni li tgħix bil-paraliżi ċerebrali”.

Persuni li jgħixu bil-paraliżi ċerebrali ma jsofrux mill-paraliżi ċerebrali, huma biss persuni li jgħixu bil-paraliżi ċerebrali. Importanti li tiftakar li hija persuna u l-kundizzjoni mhijiex l-identità tagħha. Jekk għandek bżonn tkun taf aktar dwar il-kundizzjoni, staqsi b’mod rispettuż.

Jekk tuża xi frażi li tenfasizza d-diżabilità tal-persuna, ma fiha assolutament xejn ħażin!

Il-persuni li jgħixu bil-paraliżi ċerebrali jifhmu li frażijiet komuni li jistgħu jenfasizzaw id-diżabilità tagħhom ma jintużawx biex jiġu insultati jew offiżi. Jekk tgħid xi ħaġa bħal “mort mixja”, ma jaħsbu xejn ħlief li huma kliem li huma stess probabbilment jużaw.

L-aktar ħaġa importanti li trid tiftakar meta tiltaqa’ għall-ewwel darba ma’ persuna li tgħix bil-paraliżi ċerebrali hija li għandek tittrattaha bl-istess mod kif tittratta lil ħaddieħor.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks