Ilbieraħ ġie rrappurtat li għal darb’oħra, iż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta ġiet posposta.

Huwa mifhum li din id-deċiżjoni ttieħdet minħabba biża’ ta’ possibilità li jkun hemm żieda ta’ każijiet pożittivi għall-Covid-19 fix-xhur tax-xitwa.

Raġuni oħra għall-posponiment hija l-probabilità ta’ elezzjoni bikrija. Huwa mifhum li l-Vatikan talab li ż-żjara ma jsirx viċin l-elezzjoni, kemm qabel kif ukoll wara.

Għalkemm id-data għadha mhix magħrufa, mistenni li jiġi fl-ewwel trimestru tas-sena 2022.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks