Select Page

Ilbieraħ, l-EBU ikkomfermat li l-belt ta’ Turin, fit-tramuntana tal-Italja, se tkun qed tospita s-66 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.

Il-finali tal-Eurovision Song Contest ġiet ukoll ikkonfermata għas-Sibt l-14 ta’ Mejju tal-2022, bis-semifinali t-Tlieta l-10 u l-Ħamis it-12 ta’ Mejju.

Turin, magħrufa bit-Taljan bħala Torino, hija l-kapitali tar-reġjun tal-Piemonte. Tinsab ħdejn il-fruntieri Svizzeri u Franċiżi u hija ċentru kummerċjali u kulturali importanti fit-tramuntana tal-Italja.

L-arena fejn mistenni li jsir il-Eurovision Song Contest 2022 tissejjaħ Pala Alpitour. Qabel din l-arena kienet magħrufa bħala l-PalaOlimpico.

Turin se tkun it-tielet belt li tospita l-Eurovision Song Contest, wara Napli fl-1965 u Ruma fl-1991.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks