Dawn huma wħud mill-miżuri li tħabbru lbieraħ mill-Ministru tal-finanzi fil-Baġit 2022:
- Żidiet fil-pensjonijiet.
- Żieda fil-mediċini u trattamenti b’xejn.
- Żieda fil-Bonus għal twelid ta’ tarbija jew adozzjoni.
- Żieda fl-Allowance għal Tfal b’Diżabilità.
- Żieda fl-Għotja għal Carer ta’ persuna b’diżabilità severa.
- Żieda fil-benefiċċju tal-Carer at Home.
- Investiment biex aktar skejjel ikollhom Autism Units u magni Braille.
- Xiri ta’ vettura ‘drive from wheelchair’ inkluż taħriġ speċjalizzat lil numru ta’ għalliema tas-sewqan.
- Tnaqqis fit-taxxa fuq il-bejgħ u x-xiri tal-propjetà li tkun ġiet mikrija b’rati affordabbli.
- Aktar tnaqqis fir-rata tat-taxxa fuq id-dħul.
- Estiż is-servizz taċ-childcare b’xejn.
- Żieda fit-Tax Refund.
- Stipendji tal-istudenti kollha jiżdiedu b’10%.
- Eżamijiet tas-SEC fl-istess skejjel fejn kienu jattendu l-istudenti.
- Skema ta’ Żvilupp Sostenibbli fil-komunitajiet permezz tal-Kunsilli Lokali.
- Tqassim ta’ starter-kit bi prodotti sostenibbli għat-trabi.
- Trasport Pubbliku b’xejn għal kulħadd.
Ikkumenta
