Select Page

Superman ilu magħruf fil-kotba tal-komiks għal madwar 80 sena.

Sa din is-sena, kull interazzjoni komika ta’ Superman kienet iddur mal-imħabba tiegħu Lois Lane, iżda fil-ħarġa li jmiss tas-serje l-ġdida, Superman se jidħol f’relazzjoni oħra.

Il-ħames ħarġa tas-serje tal-komiks Superman: Son of Kal-El se tikkonferma li s-Superman il-ġdid Jon Kent huwa bisesswali wara li tinbet relazzjoni romantika bejnu u bejn ġurnalist, Jay Nakamura, li mhuwiex karattru ġdid għaliex fil-fatt huwa kien diġà deher fit-tielet ħarġa ta’ din is-serje.

Il-kittieb tas-serje Tom Taylor qal li l-evoluzzjoni ta’ dan is-serje l-ġdid qed iżżomm mal-valuri li l-karattru dejjem irrapreżenta, u, importanti, jirrifletti l-esperjenzi ta’ ħafna fans tal-komiks.

Huwa qal li s-simbolu ta’ Superman dejjem kien għat-tama, l-verità u l-ġustizzja. Żied jgħid li llum dak is-simbolu jirrappreżenta xi ħaġa aktar u li aktar nies jistgħu jaraw lilhom infushom fl-iktar supereroj b’saħħtu fil-komiks.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks