Is-serje televiżiva Squid Game, drama fittizja mill-Korea t’isfel, hija l-iktar serje popolari fuq Netflix bħalissa.
Is-serje distopika, li fiha l-kontestanti li għandhom bżonn kbir ta’ flus, jilagħbu logħob fatali tat-tfal biex jirbħu l-flus, ġiet segwita minn 111 miljun membru ta’ Netflix mid-debutt tagħha fis-17 ta’ Settembru sal-lum.

Saħansitra, fi żmien qasir din is-serje qabżet ukoll lis-serje wkoll popolari Bridgerton, li iktar kmieni din is-sena tħabbar li ġiet segwita minn 82 membru fuq Netflix fl-ewwel 28 jum wara d-debutt tagħha fil-Milied.
Squid Game tinsab fl-ewwel post tal-aqwa 10 sensiliet fuq Netflix f’94 pajjiż madwar id-dinja. Hija wkoll l-ewwel serje Koreana li kklassifikat fl-ewwel post fl-Istati Uniti.
Int issegwiha? X’jogħġbok l-iktar minn din is-serje?
