Meta l-ikbar band fl-istorja mużikali Brittanika, il-Beatles infirdu fl-1970, kienu ħafna li assumew li r-raġuni kienet relatata ma’ Paul McCartney.

Issa, aktar minn nofs seklu wara, McCartney żvela li kien, fil-fatt, John Lennon li instiga l-firda tal-band li għadha popolari sal-lum.

F’intervista, McCartney qal li darba waħda John Lennon qalilhom li ħa d-deċiżjoni li jitlaq mill-band, kif fil-fatt ġara. Żied jgħid ukoll li tħallew jiffaċċjaw il-konsegwenzi ta’ din id-deċiżjoni waħedhom.

Minkejja li Paul McCartney kien dak li fetaħ kawża lil sħabu tal-band biex itemm is-sħubija fin-negozju, il-fatt li matul dawn is-snin kollha ħafna tefgħu l-ħtija fuqu għall-firda tal-band kien frustranti ħafna għalih.

McCartney jiddeskrivi l-firda tal-band bħala l-iktar perjodu diffiċli ta’ ħajtu għaliex din mhux biss kienet xogħlu imma wkoll ħajtu, u qal li kien jimmaġina li l-band tkompli għal iktar żmien kieku Lennon ma telaqx.

Huwa qal ukoll se jkun qed joħroġ ktieb ta’ kummentarji dwar il-lirika tal-kanzunetti tiegħu x-xahar id-dieħel, editjat mill-poeta Irlandiż Paul Muldoon, u li jinkludi kanzunetti miktuba għall-Beatles.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks