Select Page

Għalliema fi skola primarja fl-Ingilterra appellaw lill-ġenituri biex iwaqqfu lit-tfal tagħhom milli jaraw l-iktar serje popolari fuq Netflix bħalissa, Squid Game.

Huma bagħtu imejl lill-ġenituri fejn fiha wissew dwar il-konsegwenzi li jista’ jkun hemm jekk tfal f’età daqshekk żgħira jaraw Squid Game.

Iddeskrivew din is-serje bħala “estremament inkwetanti” u qalu li xi studenti kienu qed jippruvaw jimitaw xi xeni fl-iskola.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks