Select Page

Il-PBS ikkonfermat li l-Malta Eurovision Song Contest se jkun qed jirritorna s-sena d-dieħla fl-2022 wara li l-aħħar edizzjoni saret fl-2018.

Bħal drabi oħra, f’dan il-festival se jkun qed jintgħażel rebbieħ li iktar tard f’Mejju jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest li se jittella’ fil-belt ta’ Turin, l-Italja.

L-applikazzjonijiet għall-Malta Eurovision Song Contest jiftħu mil-lum 15 t’Ottubru u jagħlqu fil-15 ta’ Diċembru 2021.

22 kanzunetta se jkunu qed jikkompetu fis-semifinali fejn imbagħad issir eliminazzjoni u jibqgħu biss 16-il kanzunetta fil-finali.

Ċertament li din hija aħbar sabiħa u eċitanti għal diversi artisti lokali!

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks