Select Page

Aktar kmieni llum wara nofsinhar, numru kbir ta’ klieb ittieħdu minn dar f’Birżebbuġa wara li jumejn ilu sidhom instab ħati li kien qed iżomm 44 kelb fi stat ħażin fi proprjetajiet fiż-Żejtun u f’Birżebbuġa.

Il-qorti ordnat li l-klieb jiġu kkonfiskati mill-uffiċjali tad-dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali.

Inħareġ ukoll mandat biex il-klieb jittieħdu wara li sidhom beda jirrifjuta li jħalli lill-uffiċjali jieħdu l-klieb.

Jidher li wħud mill-klieb instabu fi gwardarobbi u oħrajn saħansitra f’gaġeġ.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks