Reġa’ wasal is-Sibt, u allura reġa’ wasal il-programm tant maħbub u segwit mill-Maltin u l-Għawdxin, Sibtek. Programm li bħal dejjem, ikun mimli divertiment, ċajt, sorpriżi u daħk.
F’Sibtek li jmiss se naraw diversi personalitajiet fosthom Luke Dalli, Ron Briffa, Jacqui Losco u Amber Bondin.
Se naraw esklussivament il-VIP House ta’ xi ħadd minnhom! Xi ħadd se jkollu jgħaddi minn blind date ma’ persuna li QATT ma ltaqa’ magħha u xi ħadd ieħor se jagħmlulu ċajta li żgur mhux se jistenna, jew tistenna wara kollox!
Naturalment, il-mużika live ma’ Christian Arding ma tonqosx.

Dan u aktar f’Sibtek li jmiss, il-programm divertenti għalll-familja kollha!
Il-koppja favorita tagħna Ryan u Josmar iżommulna kumpanija assoluta mill:12:15 ‘l quddiem fuq TVM.
