Select Page

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret aktar kmieni llum, id-deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li minn nhar it-Tnejn, tfal taħt it-12-il sena akkumpanjati minn adult biċ-ċertifikat tal-vaċċin mhux se jkollhom bżonn li jipprovdu test negattiv għall-Covid-19.

B’reazzjoni għal din l-aħbar, Daniel Chircop, li iktar kmieni din il-ġimgħa esprima l-opinjoni tiegħu dwar il-fatt li jħoss li l-parlament huwa eżempju ċar li nistgħu nerġgħu nibdew sejrin lura għan-normal, qal li l-karba instemgħet minn min kellu jisma’ u li dan huwa pass ieħor lejn in-normalità f’din l-industrija.

“Importanti li nkunu kawti u la għandna l-libertà, nieħdu ħsieb tagħna nfusna u ta’ uliedna, ħalli nibqgħu mexjin ‘il quddiem sabiex inkunu nistgħu nieħdu pjaċir flimkien.”

Fl-aħħarnett, Daniel irringrazzja lill-awtoritajiet tas-saħħa.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks