Select Page

Il-kantant u mużiċist Luca Xuereb flimkien mal-mara tiegħu Charlotte, il-kantanti Laura Bruno, Sarah Bonnici u Gail Attard flimkien ma’ sorpriża ħelwa mingħand żewġ karattri li żgur se jqanqlu ħafna memorji se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li jixxandar illejla, fit-20:30 fuq Net TV.

Bi preżentazzjoni ta’ Corazon Mizzi, din il-ġimgħa The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Minn dan l-istaġun The Entertainers qed jiċċelebra memorji minn deċenji li għaddew u li llum huma biss tifkiriet. F’dan il-programm imiss is-snin erbgħin u s-snin elfejn.

Minbarra l-mużika, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikompli l-logħob bejn il-mistiedna li żgur għandhom iqanqlu tbissima fuq fomm it-telespettatri.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili minn Josette Sciberras.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks