Id-duo li serqu l-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin Ike u Kaya huma r-rebbieħa tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2021, għaldaqstant se jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest li se jsir fid-19 ta’ Diċembru li ġej f’Pariġi.
Huma rebħu bil-kanzunetta My Home, miktuba minn Owen Leuellen u Muxu, b’kompożizzjoni ta’ Cyprian Cassar.
Il-kanzunetta Running Free kantanta minn Myca, Kylie u Denzel Jo, ġiet ikklassifikata fit-tieni post filwaqt li On My Way kantata minn Yulan Law ġiet ikklassifikata fit-tielet post.
Ikkumenta
