Select Page

Waħda mill-kwistjonijiet li għadna nissieltu għall-bidla fil-mentalità dwarhom sal-ġurnata tal-lum, hija dik tas-sehem ugwali tal-mara u r-raġel f’dak kollu li jinvolvi l-ħajja tagħhom inkluż fit-trobbija tat-tfal ladarba jkun hemm.

Ftit ġranet ilu, spikka post li tellgħet Corazón fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook li hija relatata proprju ma’ din il-kwistjoni.

Hija enfasizzat dwar il-fatt li l-kelma “jgħin” mhix tajba meta qed tiġi riferuta għall-missier.

“Jgħinni li kieku kulma għandna tiegħi biss”

Li missier iħobb u jieħu ħsieb lil uliedu f’kull ma jkollhom bżonn, ma jkunx qed jagħmel ix-xogħol tal-omm, iżda d-dmirijiet ta’ ġenitur li jħobb lil uliedu.

“Li jieħu ħsiebhom kompletament, li jħobbhom u jfissidhom kuljum, li jilgħab magħhom, ibiddlilhom, jisqihom, jaħsilhom, ma jagħmluhx omm, imma missier. Minn dawk l-eċċezzjonali.”

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks