Select Page

Għandek bżonn (għal 4 porzjonijiet):

500 spagetti

Kuċċarina żejt ta’ ż-żebbuġa

Basla kbira mqatta’ rqiqa

Żewġ sinniet tewm misħuqin

Bott ta’ 400g tadam sħiħ

75ml inbid ahmar

4 mgħaref sugu tat-tadam.

Kuċċarina sagħtar

Bżar u melħ skont il-gosti tiegħek

Żewġ kuċċarini riegnu

400g kapuljat taċ-ċanga

Żewġ imgħaref tursin frisk imqatta’

Ġobon maħkuk u tursin għal wiċċ.

Żejt (dan għandek bżonnu biss jekk se taqli il meatballs. Jien nipreferi nirranġahom fuq pjanċa tal-forn miksija bil kartaforno u nsajjarhom fil forn ghal madwar 10 minuti)

Metodu:

  • Saħħan iż-żejt f’taġen fond, u qalli l-basla fuq nar baxx għal madwar 5 minuti sakemm tkun irtabet.
  • Żid it-tadam is-sħiħ bil-likwidu tiegħu. Żid is-sugu tat-tadam, l-inbid u s-sagħtar, kif ukoll il-melħ u l-bżar.
  • Ħawwad sewwa u ħallih isir sakemm ikun ħa jiftaħ jagħli.
  • Imbagħad baxxi n-nar, għatti parzjalment u ħalliha ttektek.
  • Tiha taħwida bejn wieħed u ieħor kull 5 minuti.
  • Sadanittant, poġġi borma b’ilma bil-melħ fuq in-nar biex tgħalli l-ispagetti.
  • Issa fi skutella kbira, ħallat il-laħam nej mar-riegnu u t-tursin.
  • Ħu madwar mgħarfa mit-taħlita kull darba u iffurmahom fi blalen żgħar.
  • Issa, jew aqlihom fiż-żejt għal ftit minuti fuq kull naħa, jew poġġihom fuq dixx tal-forn mgħotti bil-kartaforno u sajjar fil-forn għal 10 minuti.
  • Meta jkunu saru, żidhom bil-mod ħafna maż-zalza ħamra u ħalli z-zalza u l-pulpetti jtektku fuq nar baxx ħafna għal 5 minuti.
  • Imbagħad neħħi l-meatballs bil-mod miz-zalza u poġġihom fuq platt f’post sħun.
  • Sadanittant l-ispagetti ikun sar. Saffih, imma tlaħalħux.
  • Żid l-ispagetti maz-zalza ħamra u ħawwad sewwa.
  • Imbagħad irranġa porzjonijiet fuq il-platti tiegħek.
  • Żid ftit meatballs fil-wiċċ u żejjen bit-tursin u l-ġobon maħkuk.

L-ikla t-tajba!

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks