Fil-15 t’Ottubru għalqu l-applikazzjonijiet għat-tieni edizzjoni ta’ Mużika Mużika.
Wara li l-ewwel edizzjoni kisbet suċċess kbir, b’aktar minn 320,000 telespettatur segwew il-festival fuq medda ta’ tlett ijiem, Festivals Malta rċieva 170 sottomissjoni minn artisti lokali. Konkorrenza ferm akbar mis-sena li għaddiet.
Il-fażi li jmiss hija li l-kanzunetti sottomessi jiġu evalwati minn ġurija esperta fejn minn hemm jintgħażlu 35 kanzunetta biex jiġu esebiti lajv quddiem ġurija differenti minn dik tal-ewwel fażi.
Wara din il-fażi, jintgħażlu 20 kanzunetta semifinalista li magħhom se jkun qed jikkompeti wkoll ir-rebbieħ tal-programm televiżiv Mużika Mużika l-Vjaġġ Ikompli.
It-tieni edizzjoni ta’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija se jsir bejn l-24 u s-26 ta’ Marzu 2022.
