Select Page

Il-kumpanija tal-Lego qed tittama li l-blokku emblematiċi tagħha jistgħu jgħinu biex jinbnew mhux biss ferroviji u djar, iżda soċjetà aktar inklussiva.

Il-kumpanija Daniża tal-ġugarelli ħabbret li se taħdem biex tneħħi l-isterjotipi tal-ġeneru mill-prodotti u l-kummerċjalizzazzjoni tagħha, u kkwotat ir-riżultati ta’ stħarriġ dinji attitudnijiet ġenerali lejn il-logħob tat-tfal u karrieri kreattivi għadhom mhumiex ugwali u restrittivi.

“Il-logħob kreattiv li jwassal biex tinbena l-kunfidenza, kreattività u ħiliet ta’ komunikazzjoni jinħassu mit-tfal kollha, madanakollu għadna nesperjenzaw sterjotipi antiki li jimmarkaw l-attivitajiet bħala adattati biss għal sess speċifiku wieħed,” qalet fi stqarrija Julia Goldin, li hija inkarigata biex tieħu ħsieb partikolarment il-marketing tal-kumpanija.

Hija żiedet tgħid li l-kumpanija tal-Lego għandha r-rwol biex tagħmel differenza pożittiva f’din il-kwistjoni.

Minn stħarriġ li sar mill-kumpanija stess bħala parti minn riċerka f’din il-kwistjoni, ħareġ li 76% tal-ġenituri qalu li jħeġġu lil uliedhom subien biex jilagħbu bil-Lego, filwaqt li 24% biss iħeġġu lil uliedhom bniet jagħmlu l-istess.

Ir-riċerka turi wkoll li l-bniet illum iħossuhom aktar kunfidenti li jilagħbu b’kull tip ta’ logħob u attivitajiet kreattivi, iżda l-isterjotipi tal-ġeneru li sfortunatament għadhom jeżistu, iżommuhom lura milli jagħmlu dan.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks