Is-Soċjetà Filarmonika Nicolo Isouard Mosta se tkun qed tilqa’ wirja ta’ pittura u skultura tal-artist Antonio Mifsud. Il-Kapitli t’Alla huwa t-titlu ta’ din is sitt esebizzjoni personali ta’ Mifsud. Din il-kollezzjoni se tkun miftuha mit-22 t’Ottubru sal-31 t’Ottubru 2021.

Għal din il-kollezzjoni Antonio Mifsud qed jippreżenta lill-pubbliku numru ta’ kwadri u skultura bi sfond sagru. Tispikka l-fużjoni bejn l-iskultura u l-pittura, il-figurativ u l-astratt, timbri sinonimi u stil uniku ta’ dan l artist.

Imwieled il-Ħamrun fl-1977, Mifsud beda l istudji tal-arti ma’ Dr Gorg Mallia fis-Seminarju tal-Arċisqof u tħarreġ mal-iskultur Il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi. Huwa stabilixxa ruħu fil-qasam tal-arti sagra u dik monumentali, għalkemm hu rinomat ukoll għall-veduti oriġinali tiegħu.

Il-Kapitli t’Alla se tiftaħ il-bibien tagħha mit-22 t’Ottubru sal-31 t’Ottubru 2021.

Mit-Tnejn sas-Sibt mis-18.30 sad-21.00.
Il-Ħadd mid-9.00 sa nofsinhar u mis-18.30 sad-21.00.

Il-qligħ li jinġabar mill-bejgħ ta’ biċċa xogħol artistka mill-kollezzjoni se jmur għall-Hospice Malta.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks