Facebook qed jippjana li jibdel l-isem tal-kumpanija tiegħu biex jiffoka aktar fuq il-metaverse.

Skont rapporti minn The Verge, il-Kap Eżekuttiv Mark Zuckerberg qed jippjana li jitkellem dwarha fil-konferenza annwali tal-kumpanija Connect fit-28 t’Ottubru, iżda jista’ jiġi żvelat qabel.

Din il-bidla hija maħsuba biex tirrapreżenta avvanz fil-kumpanija. X’aktarx l-istess bidla se tpoġġi l-app tal-Facebook taħt kumpanija ewlenija li tkun qed tissorvelja wkoll apps oħrajn bħal Instagram, WhatsApp, Ocolus u aktar.

Madanakollu, kelliem għall-Facebook irrifjuta li jikkummenta dwar dan li ġie rrappurtat.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks