Mument emozzjonanti għall-preżentatriċi Stephanie Spiteri illum waqt il-programm Illum ma’ Steph għaliex kellha sorpriża mill-isbaħ li qatt ma stenniet.
Il-papà tagħha ingħaqad magħha fil-programm bħala sorpriża għal għeluq sninha.
Din kienet l-ewwel darba li Stephanie u li tagħha kienu fuq it-televiżjoni flimkien. Filwaqt li esprimiet l-apprezzament tagħha għas-sorpriża li, fi kliemha stess, ħallietha bla kliem, Stephanie irringrazzjat lid-Dar tal-Anzjani fejn jinsab residenti l-papà tagħha ta’ kemm jieħdu ħsiebu.

B’emozzjoni u bejn demgħa u oħra, Stephanie esprimiet mal-papà tagħha ix-xewqa li kieku setgħet tkun hemm il-mamà tagħha magħhom.
Il-filmat ta’ din is-sorpriża imprezzabbli jitkellem waħdu, u ċertament li kienet l-isbaħ rigal li setgħet tirċievi Stephanie f’għeluq sninha.
Awguri Stephanie!
