Aktar kmieni dalgħodu, permezz ta’ posts fuq Facebook, il-familja Bonaci ħabbret il-mewt ta’ Croce Bonaci, magħruf bħala wieħed mill-aqwa dulċiera f’Malta, fl-età ta’ 61 sena.

F’dawn l-aħħar xhur, Croce, li kien ukoll il-fundatur ta’ Bonaci Caterers, kien qed jiġġieled ma’ marda kiefra li ħallietu paralizzat kompletament.

Fil-maratona ta’ ġbir ta’ fondi għat-tieni Dar Bjorn, il-mara tiegħu Connie flimkien ma’ ħutu Hermann u Karl Bonaci qalu kif il-ħajja ta’ Croce nbidlet mil-lejl għan-nhar hekk kif sar jaf li għandu tumur f’rasu, li sfortunatament avvanza b’rata mgħaġla.

Ħafna, partikolarment Beltin, esprimew in-niket tagħhom għal din l-aħbar.

It-tim ta’ skoperta.net jagħti l-kondoljanzi lill-familja ta’ Croce u dawk kollha qrib tiegħu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks