Ir-Reġina ta’ 95 sena ddaħlet għal lejl l-isptar privat King Edward VII fiċ-ċentru ta’ Londra,
Buckingham Palace ikkonferma li l-Erbgħa li għadda, wara li kkanċellat iż-żjara fl-Irlanda ta’ fuq, ir-Reġina qattgħet lejl l-isptar għal xi testijiet, u rritornat lura l-kastell ta’ Windsor ilbieraħ waranofsinhar.
Minkejja li ma ngħatawx wisq dettalji, huwa mifhum li l-kundizzjoni tagħha u t-testijiet li saru mhumiex relatati mal-Covid-19
It-Tlieta filgħaxija, ir-Reġina attendiet għal attività fil-kastell ta’ Windsor, fejn dehret flimkien mal-Prinċep Charles, il-Prinċep William u l-Prim Ministru Boris Johnson.
Dan kien l-ewwel lejl li r-Reġina għamlet l-isptar mill-2013, meta sofriet sintomi ta’ gastroenterite.
King Edward VII huwa star privat li jintuża mill-familja Rjali, inkluż mir-raġel tar-Reġina, il-mibki Duka ta’ Edinburgu, li rċieva l-kura hemmhekk aktar kmieni din is-sena.
Is-sena d-dieħla, ir-Reġina se tkun qed tiċċelebra s-70 sena tagħha fuq it-tron, u għalkemm qed tkompli twettaq l-impenji tagħha, hija tat aktar responsabilitajiet lill-Prinċep Charles.
