Aktar kmieni dalgħodu, ftit minuti qabel ma beda l-programm fuq l-istazzjon tiegħu F Living, il-preżentatur u attur Karl Bonaci, permezz ta’ filmat lajv, irringrazzja lil dawk kollha li qed jibagħtu l-kondoljanzi għat-telfa li ġarbu hu u l-familja tiegħu, ta’ ħuh Croce Bonaci, li miet proprju lbieraħ.

Karl stqarr li minkejja li xogħol Croce kien jirrikjedi li jkollu kuntatt ma’ ħafna nies, ma basarx li kien daqshekk magħruf mhux biss mal-Beltin imma ma’ Malta kollha, peress li Croce ftit li xejn kien persuna pubblika.

Huwa esprima l-apprezzament tiegħu lejn dawk in-nies li b’xi mod jew ieħor kienu jafu lil ħuh Croce u bagħtulu messaġġi sbieħ dwaru.

Il-messaġġ li xtaq jgħaddi Karl huwa li l-legat sabiħ ta’ mħabba, kompassjoni u rispett huwa dak li tħalli warajk fil-ħajja. Kompla jgħid li minkejja li wieħed imut, sabiħ li tiġi rikonoxxut minn dawk li b’xi mod jew ieħor missejt magħhom.

“Kemm hu sabiħ li ħajtek tiddedikaha għalik u għall-familja, imma wkoll tkun miftuħ għall-oħrajn”

li filwaqt li l-weġgħat jibqgħu hemm iżda l-ħajja trid tkompli

Tislima lil Croce Bonaci, jew kif inhu magħruf minn ħafna, Kruc, minn ħuh Karl u l-istazzjon F Living.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks