Riesaq il-weekend u allura jfisser li erġajna wasalna għal Sibtek ieħor!
S’issa rajna li kull programm qed ikun ftit jew wisq differenti minn ta’ qablu, b’logħob ġdid u divertenti, u diversi sorpriżi li ma rajniex fl-istaġuni ta’ qabel.
F’Sibtek li jmiss se jkun hemm sorpriżi differenti li żgur li ħadd mhu se jistenna, speċjalment il-mistednin!
Il-mistednin tal-programm li jmiss se jkunu Lara Azzopardi, Keith Demicoli, Claire Agius Ordway u Mario Cassar.
Din id-darba dawn se jkollhom diversi sfidi li se jkollhom jagħmlu lajv waqt il-programm. Xi ħadd minnhom se jiltaqa’ mat-tfajla li kellu fil-passat u ġejja waqt Sibtek biex tgħidlu dak li qatt ma qaltlu qabel.
Gidba jew Verità hija logħba ġdida waqt Sibtek li jmiss, fejn int tista’ wkoll tipparteċipa mid-dar stess!
Smajna wkoll li l-blind date ta’ dan is-Sibt se tkun tajba wisq!
Sibtek, il-programm divertenti b’sorpriżi kbar li jagħmel kumpanija lill-familja kollha għaliex din is-sena waqt Sibtek tistenna minn kollox!
Bħal dejjem, il-koppja favorita tagħna Ryan u Josmar iżommulna kumpanija assoluta mill-12:15 ‘l quddiem fuq TVM.
Titilfux Sibtek li jmiss!
