Wieħed mill-isbaħ mumenti f’Sibtek tal-lum kienet bla dubju ta’ xejn is-sorpriża ta’ Keith Demicoli.

It-tim ta’ Sibtek flimkien ma’ ħu Keith, Fabian għamlu l-bijografija ta’ Keith permezz ta’ filmat li emozzjonah mhux ftit.

Fil-filmat, Fabian semma fost oħrajn kemm kienet diffiċli għal Keith li tilef lil missieru f’età daqshekk żgħira, u kif minkejja dan, ħa r-responsabilità li jkun il-figura ta’ missier għalih.

Semma wkoll uħud mill-isbaħ mumenti fil-ħajja ta’ Keith fosthom meta qara l-aħbarijiet għall-ewwel darba u t-twelid tat-tifla tiegħu Rianne.

Ma setax jonqos milli jsemmi pilastru fil-ħajja ta’ Keith, il-mara tiegħu Alexia, li dejjem tissapportjah f’kull ma jagħmel.

Ċertament li lkoll naqblu, li kif qal ħuh Fabian, matul il-karriera tiegħu, Keith sar maħbub mill-Maltin u l-Għawdxin kollha, u possibilment waħda mir-raġunijiet hija li minkejja s-suċċessi kbar tiegħu baqa’ dejjem umli.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks