Select Page

Culture on Wheels huwa proġett ta’ Joseph Debono, li għalina jibqa’ dejjem is-Sur James Bondin. Joseph għamel 4 snin jaħdem bħala gwida qabel ġie dijanjostikat bil-marda tal-ALS.

L-għan tal-proġett hu li jorganizza ħarġiet kulturali għal persuni li għandhom problema ta’ mobilità.

Dan il-proġett qed joffri servizz b’xejn li jinkludi trasport, gwida, u għajnuna, sabiex tkun iktar faċli biex dawn il-persuni jkunu jistgħu japprezzaw u jitgħallmu dwar il-wirt storiku u kulturali ta pajjiżna.

Fit-tim ta’ dan il-proġett hemm Louise Agius, Maria Cini, Victor Friggieri u Joseph Debono flimkien ma’ Bjorn u ALS Malta.

Il-proġett Culture on Wheels qed jiġi ffinanzjat permezz tal-Iskema tal-Proġetti tal-Organizzazzjonijiet Volontarji mmexxija mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat f’isem is-Segretarju Parlamentari għall-isport, Rikreazzjoni u Organizzazzjonijiet Volontarji fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Benessri Soċjali.

Minħabba l-pandemija tal-Covid-19, dan il-proġett kellu jibda ftit iktar tard milli kien ippjanat. S’issa saret ħarġa waħda Il-Belt, u kienet suċċess. Tour qasir tal-Belt, u wara il-kon-kattidral ta’ San Gwann, li ġentilment offrew id-dħul b’xejn.

Il-ħarġa li jmiss se tkun nhar is-Sibt 30 t’Ottubru, il-Belt Valletta minn St Elizabeth Home, ir-Rabat.

Min jixtieq jieħu sehem, wieħed jista’ jagħmel kuntatt mat-tim billi jibgħat messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook, Culture on Wheels.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks