Il-kanzunetta l-ġdida ta’ Adele, Easy On Me, laħqet il-quċċata tal-klassifika tas-singles tar-Renju Unit u kisret ir-rekords tal-istreaming wara li ġie rreġistrat li ġiet mismugħa għal madwar 24 miljun f’ġimgħa waħda.

Il-kantanta kisret ir-rekord ta’ Ariana Grande fl-2019 ta’ 16.9 miljun stream f’ġimgħa għall-kanzunetta 7 Rings.

Il-kanzunetta laħqet ukoll il-217,300 bejgħ ta’ chart, l-ogħla minn Shape Of You ta’ Ed Sheeran f’Jannar tal-2017.

Is-suċċess tal-kanzunetta żied ukoll il-popolarità ta’ żewġ kanzunetti oħra ta’ Adele, When We Were Young u Someone Like You, li reġgħu daħlu fil-25 u l-34 post rispettivament.

F’Easy On Me, kanzunetta ballata bil-pjanu u emozzjonali, Adele tispjega d-deċiżjoni tagħha li titbiegħed miż-żwieġ tagħha fl-2019, filwaqt li titlob lil binha u lill-eks żewġha biex jifhmu.

Adele tindirizza l-chorus, “go easy on me“, għaliha nfisha u għal familja tagħha, u taċċetta li għadu kmieni wisq biex jifhmu l-fehma tagħha.

Huwa mifhum li Easy On Me kienet l-ewwel kanzunetta miktuba għall-album il-ġdid tagħha, u tmur lura għas-sena tas-separazzjoni tagħha. L-immedjatezza ta’ dawk l-emozzjonijiet hija evidenti fil-vokalo tagħha, fl-istess ħin qawwija u vulnerabbli.

B’din il-kanzunetta, Adele qed tipprova tilħaq lin-nies li qed tweġġa’, imma wkoll lil dawk li għaddejjin minn uġigħ u solitudni kkawżati minn separazzjoni.

L-album il-ġdid ta’ Adele għandu joħroġ fid-18 ta’ Novembru bl-isem ta’ 30. Dan se jkun is-segwitu tagħha għall-albums li bihom kisbet suċċess kbir; 19, 21 u 25.

Bħat-tliet albums preċedenti taghha, it-titlu huwa referenza għal età speċifika fil-ħajja ta’ Adele.

30 hija l-età li fiha żżewġet lis-sieħeb tagħha li kienet ilha miegħu għal żmien twil, Simon Konecki, u mbagħad telqitu.

L-istilla qalet li l-album ġie rrekordjat biex jgħin lil binha ta’ tmien snin jifhem id-divorzju tagħhom.

Hija qalet li permezz tal-kanzunetta riedet tispjegalu, meta jkun kiber iktar, min hi u għaliex hi volontarjament għażlet li tfittex il-kuntentizza tagħha.

Hijqa qalet li ħafna drabi t-tifel kien ikun imdejjaq ħafna u li dik għaliha hija ferita li ma tafx jekk qattx tista’ tfieq.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks