Kurt Harmsworth, li bħalissa qed narawh jinterpreta l-karattru tas-Surġent Matthew Myko fis-sensiela l-ġdida Noli, mhuwiex biss attur!
Minbarra li hu dilettant ħafna tat-tisjir u għandu l-kapaċità li jsajjar diversi tipi ta’ ikel bnin, huwa wkoll mużiċist!
Minbarra li jdoqq diversi strumenti, minn żmien għal żmien, Kurt itella’ itella’ fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu interpretazzjonijiet ta’ kanzunetti li huma magħrufa u favoriti ma’ ħafna.
L-aħħar waħda hija interpretazzjoni mill-isbaħ ta’ kanzunetta li ċertament hija waħda mill-favoriti tagħkom is-segwaċi tagħna.
Din hija silta mill-interpretazzjoni ta’ Kurt Harmsworth tal-kanzunetta Unchained Melody.
Ikkumenta
