Għandek bżonn (għal 4 porzjonijiet):

350g patata, imqaxxra

100g laħam imħallat (majjal/ċanga) ikkapuljat

Basla ħadra, imqatta’ rqiqa ħafna

50ml nbid abjad

Bajda mħabbta

Żewġ kuċċarini dqiq plain

Mgħarfa żejt taż-żebbuġa

Melħ u bżar (skont il-preferenza tiegħek)

Biex tlesti għall-qali:

Bajda mħabbta

Erba’ mgħaref frak tal-ħobż

Żejt għal qali, preferibbilment tal-ġirasol

Għaz-zalza tal-Barceloneta aioli (zalza bajda):

50ml ħalib sħiħ

100ml żejt tal-ġirasol

Żewġ sinniet tewm midħuna

Meraq ta’ nofs lumija

Niskata melħ

Għaz-zalza brava Barceloneta (zalza ħamra):

15ml żejt taż-żebbuġa

Bejn 10ml u 25ml stokk tat-tiġieġ

3g paprika ħelwa

3g paprika taħraq

10g dqiq plain

Niskata melħ

Metodu:

Nibdew biz-zalza tal-aioli:

  • Poġġi żewġ sinniet tewm u niskata melħ ġo tazza ta’ blender.
  • Żid 50 ml ħalib u 100 ml żejt. Ħabbat fuq qawwa medja bil-blender sakemm ma tibqax tara ż-żejt.
  • Imbagħad kompli ħawwad fil-blender, sakemm ikun kompletament emulsifikat.
  • Żidlu l-meraq tal-lumi u poġġih fil-friġġ sakemm ikollok bżonn tużah.

Issa nagħmlu z-zalza brava:

  • Ferra’ ż-żejt taż-żebbuġa ġo taġen u saħħan. Neħħih minn fuq in-nar qabel jagħli.
  • Żid il-paprika ħelwa u l-paprika taħraq u ħawwad malajr sakemm ikollok pejst maħlul.
  • Żid id-dqiq u l-melħ, u erġa’ ħawwad sew. Meta jkun kollox tħallat sew, żid l-istokk tat-tiġieġ ftit ftit waqt li tibqa’ tħawwad.
  • Ieqaf żid stokk meta l-konsistenza tkun kif tixtieq (la maħlula wisq u lanqas magħquda wisq). Warbu u ħallih joqgħod għat-temperatura tal-kamra.

Ladarba jkollna z-zlazi lesti issa nistgħu nippreparaw il-bombi tal-patata:

  • Nibdew billi npoġġu kazzola b’ħafna ilma fuq in-nar. Żid il-patata eżatt kif jibda jagħli.
  • Ħalli l-patata l-ħin meħtieġ biex issir (madwar 25 minuta).
  • Sakemm issir il-patata, saħħan iż-żejt taż-żebbuġa f’taġen.
  • Żid il-kapuljat u l-basla, kif ukoll il-bżar u l-melħ. Ħawwad spiss biex ma jibqalekx bicciet, u sajjar sakemm il-kapuljat jibda jieħu kulur kannella.
  • Żid l-inbid abjad u ħallih jevapora fuq nar medju (madwar 7 minuti).
  • Kif l-inbid jevapora, neħħi minn fuq in-nar u warbu għal ftit.
  • Kif il patata tkun saret, saffiha u poġġiha ġo skutella kbira. Għaffiġa sew b’furketta.
  • Żid il- bajda u żewġ kuċċarini dqiq.
  • Ħawwad sewwa, żid il-laħam u erġa’ ħawwad kollox flimkien sew.
  • Issa b’idejk ifforma blalen bit-taħlita, u għaddihom mill-bajda mħabbta u l-frak tal-ħobż li tkun lestejt fuq żewġ platti differenti.
  • Saħħan iż-żejt f’reċipjent fond, u kif jisħon sew imma ma jkunx għadu beda jbaqbaq, baxxi n-nar għal medju u niżżel il-bombas bil-mod u aqlihom sakemm tara li saru jqarmċu minn kull naħa. Il fjamma ħalliha dejjem fuq il medju, għax jekk tkun baxxa wisq il-bombas jixorbu ħafna żejt. U jekk tkun għolja wisq il-bombas jinħarqu minn barra qabel ma jsiru minn ġewwa.
  • Tella’ l-bombas fuq karta tal-kċina biex jaqtgħu ftit miż-żejt.
  • Irranġahom fuq platti u ferrex ftit miz zalza tal-aioli fil-wiċċ, u mbagħad ferrex ftit miz-zalza brava.

L-ikla t-tajba!

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks