Breaking Free hija kanzunetta li Raquela nediet ftit ġranet ilu flimkien ma’ vidjow mużikali prodott minn Marley Lagana.

B’kitba u kompożizzjoni ta’ Raquela stess u prodotta minn Matteo Depares, din il-kanzunetta hija t-titlu u l-ewwel tnedija mill-EP ta’ Raquela.

Raquela tgħid li Breaking Free għandha tifsira personali għaliha, għaliex inkitbet f’mument ta’ ċarezza. Il-kanzunetta tittratta dwar li tinħeles minn ċerti sfidi mentali li jżommok lura u dak kollu li ilu jtaqqlek.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks