Select Page

Danusan jagħmlu r-ritorn tagħhom permezz ta’ produzzjoni li se jkunu qed itellgħu għall-Halloween nhar is-Sibt 30 t’Ottubru bl-isem ta’ The Spooky Fort.

Il-produzzjoni se tittella’ ġewwa l-forti maestuż li bena l-imperu Ingliż, il-Forti Delimara.

Minkejja li din se tkun produzzjoni għall-Halloween, mhijiex se tkun attività ta’ biża’ kif wieħed probabbilment jassumi għaliex għalkemm se jkun hemm attrazzjonijiet u tiżjin relatati mal-Halloween, din il-produzzjoni hija maħsuba li tkun adattata u tolqot lill-familja kollha.

Parti interessanti mill-attività se tinvolvi 30 minuta mixja li ħa tkun f’forma ta’ kaċċa għall-mostri, sħaħar u fatati. L-udjenza se tingħata torches u se jfittxu waqt li jimxu fil-forti.

L-animaturi li se tiltaqgħu magħhom waqt din il-mixja se jġibu ruħhom skont l-età tal-grupp li jidħol; jekk il-grupp ikun matur, dawn jafu jaħsduk waħda ħafifa, imma jekk ikun hemm it-tfal, ikunu iktar dħulin.

Id-dawl għandu sehem importanti fl-atmosfera tat-tema għaldaqstant se jkun hemm ukoll installazzjoni ta’ dawl bl-isem ta’ The Haunted Metro Station.

Din il-mixja ta’ 30 minuta mhix se tkun divertenti biss iżda wkoll informattiva għaliex matul din in-nofsiegħa, l-udjenza se jkollha ċ-ċans li ssir taf iktar fuq l-istorja ferm interessanti tal-Forti Delimara!

Naturalment, attrazzjoni minn Danusan ma tonqosx! Spettaklu ieħor ta’ 30 minuta minn Danusan bl-isem ta’ VINNY in the Army Now, u kif tista’ tassumi, il-protagonist se jkun il-karattru tant popolari, il-Vinny!

Il-prezz ta’ din is-serata se jinkludi dawn l-attivitajiet kollha flimkien ma’ servizz ta’ park and ride.

U mhux hekk biss!

Danusan qed jagħtu skont ta’ €5 fuq tranżazzjonijiet li jinkludu għall-inqas adult u tifel jew tifla, għall-ewwel mitt persuna li jdaħħlu l-kodiċi SKOPERTA huma u jibbukkjaw.

Għall-ibbukkjar, idħol fis-sit elettroniku The Spooky Fort | ShowsHappening u segwi l-passi.

Importanti li wieħed ikun jaf li m’hemmx bżonn test tal-PCR għat-tfal li se jattendu!

Esperjenza unika għall-Haloween ma’ Danusan li mhix ta’ min jitlifha!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks