Il-fundatur Mark Zuckerberg ħabbar li l-Facebook se jibdel l-isem korporattiv tiegħu għal Meta.
Din il-bidla mistennija tpoġġi l-app ta’ Facebook taħt kumpanija ewlenija li tkun qed tissorvelja l-Instagram, il-WhatsApp, Oculus u oħrajn.
Minbarra hekk, din il-bidla tista’ tkun parti mill-isforz biex tiġi rranġata r-reputazzjoni ta’ Facebook u tinqaleb ftit il-folja wara sensiela ta’ akkużi fil-konfront tal-kumpanija fosthom dwar l-effett negattiv li Facebook qed iħalli fuq is-saħħa mentali ta’ ħafna nies.
Ikkumenta
