Select Page

Buckingham Palace ħabbar li r-Reġina mhix se tkun qed tattendi għas-summit COP26 dwar it-tibdil fil-klima fi Glasgow li jibda nhar il-Ħadd li ġej.

L-istqarrija mill-Buckingham Palace qalet li wara li ngħatat parir biex tistrieħ, ir-Reġina qed twettaq dmirijiet rjali ħfief fil-Kastell ta’ Windsor. Qalet ukoll li r-Reġina tinsab diżappuntata li mhix se tattendi iżda se tkun qed tindirizza lid-delegati miġbur permezz ta’ vidjow.

Sors tal-palazz qal li d-deċiżjoni ttieħdet bħala prekawzjoni.

Huwa mifhum li r-Reġina trid li l-COP26 tirriżulta f’azzjoni sinifikanti dwar it-tibdil fil-klima min-nazzjonijiet parteċipanti, u tittama li l-assenza tagħha ma tintużax minn oħrajn bħala raġuni biex ma tattendiex.

Aktar kmieni dan ix-xahar, waqt il-ftuħ tal-Parlament ta’ Wales, ir-Reġina nstemgħet tgħid li verament irritanti meta n-nies jitkellmu iżda ma jaġixxux fuq kwistjonijiet tal-klima.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks