Wara ħafna preparamenti mit-tim kollu, wasalna għal Sibtek ieħor!
Din id-darba il-mistednin kollha għandhom x’jaqsmu mas-sensiela televiżiva li qed tintlaqa’ tajjeb minn ħafna, Noli.
Il-mistednin se jkunu Rebecca Dimech, Mark Mifsud, Evelyn Saliba La Rosa, Dr Michael Vella Haber.
Waħda minn dawn il-mistednin se tiltaqa’ ma’ persuna li tixbaħha ħafna u flimkien ma’ din il-persuna se tagħmel il-blind date!
Sorpriża oħra waqt Sibtek li jmiss se tkun li waħda mill-mistednin trid tipprova taqta’ persuna misterjuża minn wara maskla, li ġejja fuq Sibtek biex tgħaddi messaġġ.
Tgħid x’messaġġ trid tgħaddi din il-persuna misterjuża?!
Se ssir ukoll ċajta tajba fuq xi ħadd mill-mistednin! Tgħid min minnhom?!
Il-mistednin, diversi ħbieb ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorprizi li żgur ħadd mhu se jistenna. Ma tonqosx ukoll il-mużika lajv flimkien ma’ Christian Arding.
Sibtek, il-programm divertenti b’sorpriżi kbar li jagħmel kumpanija lill-familja kollha għaliex waqt Sibtek tistenna minn kollox!
Bla ebda dubju, il-koppja favorita tagħna Ryan u Josmar se jżommulna kumpanija assoluta għal Sibt ieħor, mill-12:15 ‘l quddiem fuq TVM.
Jekk tħobb issegwi Sibtek, u qed togħġbok is-sensiela Noli, mela dan huwa programm li ma tistax titlef!
