Fost l-aktar kanzunetti li jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien baqgħu popolari sal-lum il-ġurnata fi żmien il-Halloween, hemm il-kanzunetta Thriller ta’ Michael Jackson.

Thriller ħarġet fl-1982, waħda mill-kanzunetti tal-album li Michael Jackson ħareġ bl-istess isem. Il-kanzunetta kellha suċċess kbir u kienet influwenzata ħafna mill-viżjoni li Michael kellu għall-vidjow mużikali ta’ Thriller.

Thriller inkitbet minn Rod Temperton, li kien kiteb kanzunetti oħrajn għal Michael fosthom Rock With You u Off the Wall. Huwa kiteb ukoll il-kanzunetti Baby Be Mine u The Lady in My Life mill-album Thriller.

Monster Mash ta’ Bobby (Boris) Pickett, Anthem ta’ Michael Ables, Ghostbusters ta’ Ray Parker Jr u Somebody’s Watching Me ta’ Rockwell huma wkoll fost l-aktar kanzunetti popolari għaż-żmien tal-Halloween.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks