Select Page

Flimkien ma’ numru ta’ personalitajiet, Peter Jackson twieled fil-Halloween, fl-1961.

Peter Jackson, minn New Zealand, huwa direttur, kittieb u produttur tal-films.

Huwa magħruf l-aktar bħala d-direttur, kittieb u produttur tas-serje The Lord of The Rings u Hobbit iżda fil-bidu tal-karriera tiegħu huwa kien jagħmel xogħlijiet fil-ġeneru tal-orrur.

Jackson meqjus ukoll bħala wieħed mill-aktar produtturi tal-films ta’ suċċess u innovattivi tal-ġenerazzjoni tiegħu.

L-aħħar proġett ta’ Peter Jackson huwa d-dokumentarju bl-isem ta’ The Beatles: Get back, li se jkun qed jidderieġi u jipproduċi. Dan se jittratta ż-żmien meta l-Beatles kienu qed jaħdmu fuq l-album, Let It Be. Oriġinarjament l-album kellu l-isem Get Back, u proprju għalhekk intgħażel dan l-isem għad-dokumentarju.

Oriġinarjament, id-dokumentarju kellu jixxandar f’Settembru tas-sena li għaddiet iżda kellu jiġi pospost minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Dan id-dokumentarju se jkun maqsum fi 3 episodji ta’ sagħtejn il-wieħed u li se jixxandru wara xulxin fil-25, 26 u 27 ta’ Novembru 2021.

Nies famużi oħra li twieldu fil-Halloween jinkludu t-tifla ta’ Will Smith, Willow Smith, l-attriċi ta’ The Walking Dead Sydney Park u d-drummer tal-U2 Larry Mullen Jr.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks