Il-Halloween jiġi ċċelebrat fil-31 t’Ottubru, ġurnata qabel il-festa Kristjana, Jum il-Qaddisin Kollha.

F’ħafna mill-Ewropa u l-Amerika ta’ fuq, iċ-ċelebrazzjoni tal-Halloween hija fil-biċċa l-kbira mhux reliġjuża.

Fil-fatt din il-festa hija waħda kontroversjali wkoll, inkluż f’pajjiżna, partikolarment dawk li jħaddnu r-reliġjon Kristjana.

Minkejja li l-oriġini tal-Halloween ġej mill-pagani, aktar tard, ġiet konnessa wkoll mal-kristjaneżmu.

Uħud, inkluż f’pajjiżna, jemmnu li din il-festa hija marbuta max-xitan u dak kollu assoċjat mal-ħażen, u għalhekk huma assolutament kontra li jiċċelebraw jew jipparteċipaw f’attivitajiet marbuta mal-Halloween.

Qatt ħsibt għaliex niċċelebraw il-Halloween, jew minn fejn ġew it-tradizzjonijiet?

Taf xi tfisser il-kelma Halloween?

Halloween tfisser il-lejla ta’ qabel Jum il-Qaddisin Kollha. Xi wħud mill-aktar użi bikrija tal-kelma Halloween tmur lura sal-1745, minn oriġini Kristjana. Dak iż-żmien kienet tkun miktuba bħala All Hallows’ Eve. Il-kelma “eve”, li tfisser filgħaxija fil-qosor, bl-Iskoċċiż kultant kienet tkun miktuba jew ippronunzjata bħala “een”, u maż-żmien dan il-jum beda jissejjaħ Halloween.

Oriġinarjament l-ilbies tal-maskra fil-Halloween kien għall-protezzjoni. Il-maskri fil-Halloween inizjalment kienu jintlibsu biex ibiegħdu l-ispirti ħżiena. In-nies kienu jemmnu li fil-Halloween l-erwieħ kienu se jerġgħu lura fid-dinja jfittxu ħajjiet biex jieħdu magħhom, allura t-teorija kienet li jekk tiknes maskra tal-biża’, tbeżża’ l-ispirti ħżiena.

Guising kien it-trick-or-treating oriġinali. Guising kien terminu Brittaniku użat għall-att li tilbes b’tali mod li l-identità tiegħek tkun moħbija. Fl-Iskozja u l-Irlanda t-tfal kienu jieħdu sehem fi tradizzjoni msejħa guising. Wieħed mill-modi ewlenin ta’ guising kien li jilbsu maskra jew jgħattu wiċċhom, jilbsu wkoll kostumi u jaċċettaw offerti minn diversi djar. Minflok iwiegħdu li jitolbu għall-mejtin, kienu jkantaw xi kanzunetta, jirreċitaw xi poeżija, jgħidu xi ċajta jew jagħmlu tip ieħor ta’ “trick” qabel jiġbru t-trick tagħhom, li tipikament kienet tikkonsisti fi frott, ġewż jew muniti.

L-akbar skultura tal-qara ħamra kienet tal-apokalissi taż-zombies. F’jumejn, Ray Villafane ħoloq l-akbar skultura tal-qara ħamra tad-dinja. Uża żewġ qara ħamra li jiżnu 824.86 kilo u 767.9 kilo. Huwa ħoloq xena tal-apokalissi taż-zombies madwar iż-żewġ qara ħamra bejn it-22 u t-23 t’Ottubru tal-2011.

Charlie Brown kien l-ewwel karattru tat-televiżjoni li għamel Trick-or-Treat. Fis-sens 1966, fl-episodju tal-karikatur famuż Charlie Brown, il-karattri marru trick-or-treating. Din kienet l-ewwel darba li l-kunċett ta’ trick-or-treating deher fuq programm televiżiv. Il-karikatur sar il-wiċċ tat-trick-or-treating u kulħadd ried ikun bħal Charlie u sħabu.

Li ġisem mejjet jitgħatta b’liżar abjad kienet l-ispirazzjoni għal wieħed mill-ewwel kostumi tal-Halloween. fil-Halloween jintlibsu diversi kostumi spooky, minn sħaħar sa zombies u anke mostri, imma jekk qed tfittex kostum ta’ malajr, liżar abjad fuqek jitqies bħala kostum ta’ ħares aċċettabbli. Oriġinarjament l-idea li tilbes liżar abjad ġejja mill-mewt. Meta xi ħadd imut fuqu jitqiegħed liżar abjad u allura li tilbes liżar abjad fuqek ħolqot l-illużjoni li jista’ jkun hemm persuna mejta taħt.

Il-ħelu tal-Halloween kien isir id-dar. It-tuffieħ bil-karamel u l-popcorn kienu treats popolari tal-Halloween. Minħabba ż-żmien tas-sena, it-tuffieħ ikun faċilment disponibbli, għalhekk treat popolari kienet li t-tuffieħ jiġi miksi jew irrumblat f’xi ħaġa ħelwa. L-aktar forma komuni tat-tuffieħ bil-karamel kienet li t-tuffieħ jiġ rrumblat fil-karamel u l-ġewż. Kien biss fis-snin 70 li l-manifatturi tal-ħelu bdew jikkummerċjalizzaw ħelu speċifiku għall-Halloween u beda jinxtara l-ħelu lest.

Il-film oriġinali Halloween ġie ffilmjat f’21 jum biss. Il–25 t’Ottubru tal-1978 ġabilna l-film tal-orrur Halloween. Minħabba li kellhom baġit baxx ħafna kellhom jiffilmjaw kollox f’post wieħed, South Pasadena, f’Kalifornja, f’21 jum. Dan il-film wassal għal 10 films sequel u remakes, bi tnejn oħra li se joħorġu fl-2022.

Hemm raġuni għaliex l-iswed u l-oranġjo huma l-kuluri tal-Halloween. L-oranġjo huwa wieħed mill-kuluri ewlenin peress li jirrappreżenta l-ħarifa li huwa l-istaġun li fih jiġi ċċelebrat il-Halloween u l-qara ħamra li jiġu maħsuda b’mod partikolari f’dan iż-żmien tas-sena. L-oranġjo huwa wkoll simbolu ta’ saħħa u reżistenza. L-iswed huwa assoċjat mal-Halloween peress li jissimbolizza l-mewt u d-dlam hekk kif is-sajf jiġi fi tmiemu, u huwa bħala tfakkira li l-Halloween darba kien festival li jimmarka l-konfini bejn il-ħajja u l-mewt.

It-tradizzjonijiet tal-Halloween ilhom jeżistu mill-4000 Q.K.

Il-Halloween ġie kkanċellat matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Halloween tal-1942 kellu jiġi kkanċellat. Waħda mir-raġunijiet ewlenin għal dan kienet li z-zokkor kien razzjonat dak iż-żmien u għalhekk kien diffiċli li wieħed isib il-ħelu. Trick-or-treating kien ipprojbit minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi u b’mod partikolari l-ħelu. Din kienet waħda mill-ewwel darba li t-tfal kellhom jgħaddu mingħajr fil-Halloween.

Oriġinarjament in-nevew (turnips) kienu jintużaw għat-tinqix fil-Halloween. It-tradizzjoni ta’ Jack-o’-lanterns mill-qara ħamra ġejja minn tradizzjoni Irlandiża ta’ tinqix tan-nevew. In-nevew kienu jitnaqqxu biex ibeżżgħu r-ruħ ta’ Jack u meta l-immigranti Irlandiżi marru joqogħdu fl-Istati Uniti bdew jużaw il-qara ħamra minflok. Minn hawn oriġinat it-tradizzjoni tat-tinqix tal-qara ħamra fil-Halloween.

Aktarx, il-Halloween hija t-tieni festa kummerċjali bl-ogħla qligħ wara l-Milied.

Harry Houdini miet fil-lejl tal-Halloween. Harry Houdini kien wieħed mill-aktar magicians famużi u misterjużi li qatt għexu, miet fl-1926, fil-lejl tal-Halloween b’appendiċite kkawżata minn tliet daqqiet fl-istonku.

Bir-rata tagħhom mal-festival Ċeltiku tal-qedem ta’ Samhain u aktar tard mas-sħaħar, il-qtates għandhom post permanenti fil-folklor tal-Halloween. Jingħad li matul iċ-ċelebrazzjoni tas-Samhain, il-qatates kienu jiġu mitfugħa fin-nar, ħafna drabi f’gaġeġ tal-qasab, bħala parti mill-proċeduri tad-divinazzjoni.

Kont taf li huwa illegali li tiċċelebra l-Halloween fil-Ġordan?

Il-Halloween beda bħala tradizzjoni pagana li mbagħad influwenzat it-tradizzjonijiet Kristjani f’dak iż-żmien tas-sena, iżda għadu mhux iċċelebrat mill-komunitajiet Musulmani. Minkejja li aktar pajjiżi u komunitajiet madwar id-dinja qed jiċċelebraw il-Halloween, għad hemm xi postijiet fejn huwa illegali li tiċċelebrah. Il-pajjiż tal-Ġordan huwa wieħed minn dawn il-pajjiżi li pprojbixxew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Halloween. Iċ-ċelebrazzjonijiet u d-dehriet pubbliċi kollha b’rabta mal-Halloween huma strettament ipprojbiti u tittieħed azzjoni mill-pulizija jekk din il-liġi ma tiġix segwita.

F‘festa li ddur madwar il-biża’, teżisti wkoll fobija tal-Halloween innifsu! Din il-folja tissejjaħ Samhainophobia u hija kkaretterizzata minn biża’ intensa, persistenti u anormali mill-Halloween u kull ħaġa relatata mat-tradizzjonijiet.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks