Jum il-Qaddisin Kollha, fil-knisja Kattolika huwa jum li jfakkar il-qaddisin kollha tal-knisja, kemm magħrufa kif ukoll mhux magħrufa, li jingħad li telgħu l-ġenna. Jiġi ċċelebrat fl-1 ta’ Novembru fil-knejjes tal-Punent u fl-ewwel Ħadd ta’ wara l-Pentekoste fil-knejjes tal-Lvant. Fil-Kattoliċiżmu Ruman, il-festa ġeneralment tkun jum qaddis ta’ obbligu.
L-oriġini ta’ Jum il-Qaddisin Kollha ma tistax tiġi rintraċċata b’ċertezza, u ġiet osservata f’diversi ġranet f’postijiet differenti. Il-festa tal-martri kollha nżammet fit-13 ta’ Mejju fil-knisja tal-Lvant skont Efrem Doris, li setgħet iddeterminat l-għażla tat-13 ta’ Mejju mill-Papa Bonifaċju IV meta ddedika l-Panteon f’Ruma bħala knisja ad unur tal-Verġni Mqaddsa u l-martri kollha fis-sena 609.
L-ewwel evidenza għad-data taċ-ċelebrazzjoni tal-1 ta’ Novembru u l-evolviment tal-festa biex tinkludi l-qaddisin kollha kif ukoll il-martri kollha seħħet matul ir-renju tal-Papa Girgor III, li ddedika kappella f’San Pietru, Ruma, fl-1 ta’ Novembru f’ġieħ il-qaddisin kollha.
Fit-800, Jum il-Qaddisin Kollha nżamm minn Alkuin fl-1 ta’ Novembru, u f’dik il-ġurnata deher ukoll f’kalendarju Ingliż tas-seklu 9. Fit-837, il-Papa Girgor IV ordna l-osservanza ġenerali tagħha.
Fl-Ingilterra medjevali l-festa kienet magħrufa bħala All Hallows, u lejlet dan il-jum għadu magħruf bħala Halloween. Il-perjodu mill-31 ta’ t’Ottubru sat-2 ta’ Novembru huwa wkoll magħruf bħala Allhallowtide.
